Monza 0-2 Atalanta
Fil-U Power Stadium Atalanta telgħu weħidhom fl-ewwel post meta kif kien mistenni għelbu lil Monza 2-0.
Decizi li ma jsofrux l-inizjattiva avversarja, Monza matul l-ewwel taqsima ftit taw cans lil Atalanta li jippenetraw id-difiża kompatta quddiem Michele di Gregorio. 0-0 sa tmiem l-ewwel taqsima. B’Monza jkollhom aktar pussess fis-57 minuta kontra x-xejra tal-logħob Atalanta marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Ademola Lookman kien Rasmus Hojlund li għeleb lil Di Gregorio. Ebda reazzjoni fuq il-lasti ta’ Juan Musso l-aktar wara li fil-65 minuta Marlon wettaq autogowl fuq tentattiv ta’ Lookman. 2-0 għal Atalanta bir-raba’ rebħa minn ħames partiti u fuq kollox leaders assoluti f’din l-ewwel fażi tal-Kampjonat.
Salernitana 2-2 Empoli
Bilanc assolut matul l-ewwel taqsima minkejja li fil-31 minuta Empoli marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Liam Henderson kien Martin Satriano li għeleb lil Luigi Sepe. Reazzjoni mill-ewwel minn Salernitana li tmien minuti wara għamlu l-iskor 1-1 b’ Pasquale Mazzocchi jgħeleb lil Guglielmo Vicario biex spicca ammonit mir-refereee Rosario Abisso wara li neħħa l-flokk. Andament simili matul it-tieni taqsima. Fil-61 minuta minn pass ta’ Tonny Vilhena kien Bailaye Dia li għeleb lil Vicario b’Salernitana fil-vantaġġ. Madankollu fil-81 minuta gowl minn Sam Lammers għamel l-iskor 2-2 u draw meritat għal Empoli.
Torino 1-0 Lecce
Fi Stadio Olimpico Grande Torino, Torino għelbu lil Lecce 1-0. Rebħa minima għal Torino li kienet biżżejjed biex bit-tielet rebħa minn ħames partiti jitlgħu fit-tielet post b’10 punti flimkien ma’ Udinese u Roma b’Lecca jibqgħu bla rebħa fi tmiem il-ħames ġurnata tal-Kampjonat. F’mument meta kollox deher li l-ewwel taqsima se tispicca bla gowls, fil-41 minuta minn azzjoni ta’ Mergim Vojvoda lejn Nikola Vlasic li għeleb lil Wladimiro Falcone. Skor minimu li biħ intemmet l-ewwel taqsima u eventwalment il-partita.
//= $special ?>