Lokali

AĠĠORNATA: Imut l-anzjan li ntlaqat il-bieraħ minn mutur

Aġġornata:

Tilef ħajtu l-anzjan li l-bieraħ ittajjar minn mutur f’Raħal Ġdid.

Il-bieraħ:

Anzjan ta’ 87 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn mutur f’Raħal Ġdid għall-ħabta tat-08:30 ta’ dalgħodu.

L-inċident seħħ fi Triq Għajn Dwieli fejn mill-investigazzjoni preliminari rriżulta l-anzjan residenti Raħal il-Ġdid intlaqat mill-mutur misjuq minn raġel ta’ 54 sena residenti l-Isla.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Elaine Mercieca li ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.