Sport Sport Ieħor

Boċċi: Buġibba jagħmluha għall-Play-Offs tal-Ewwel Diviżjoni

Buġibba sar ir-raba’ tim li għamilha għall-play-offs meta lbieraħ barra minn darhom għelbu lit-tim ta’ Msida mingħajr wisq problema bl-iskor ta’ 21-8. Fil-play-offs Buġibba jilgħabu kontra Żebbuġ filwaqt li Għaxaq jilgħabu kontra Msida.

Żebbuġ għelbu lil St. Peters Żabbar 21-8 biex ħadu l-20 rebħa tal-istagun u kien l-iktar tim konsistenti tul il-kampjonat. Għaxaq ħadu rebħa kontra t-tim ta’ Isla u b’hekk spiċċaw fit-tielet post filwaqt li Qormi San Bastjan rebħu lil Żabbar 21-10.

Żurrieq inghataw rebħa kontra Paola Shrieber filwaqt li Marsamxett tilfu kontra t-tim ta’ Lija biex issa jilgħabu decider kontra tim ta’ Żabbar biex min jirbaħ minnhom iżomm postu fl-Ewwel Divizjoni.

Isla u Paola Shreiber l-istagun li ġej ser jibdew mit-Tielet Divizjoni.

Klassifika Finali tal-Ewwel Diviżjoni:

Illum jitkompla l-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni fejn insibu żewġ logħbiet interessanti fejn Birgu jilqgħu għandhom lit- tim ta’ Birkirkara li min jirbaħ jiġi fl-ewwel post tal-klassifika biex ikunu magħrufa liema huma l-logħob tal-play-offs.

Il-partita l-oħra ha tkun dik bejn Mosta u Sta. Venera fejn min jirbaħ minnhom iżomm postu fit-Tieni Divizjoni filwaqt li t-tellief jiġi relegat għat-Tielet Divizjoni.