Naxxar Lions jegħlbu lil Marsa
Sliema Wanderers żammew il-pass bit-tielet rebħa konsekuttiva meta huma għelbu lit-team ta’ Qrendi b’goal f’kull taqsima. Fil-25 minuta l-player Jean Carlos Cloth Goncalves għeleb lil Wininston Cristian Santos għal ewwel darba fil-partita. Fit-52 minuta l-captain Mark Scerri rdoppja għat-tim immexxi minn Paul Zammit, biex l-iskor baqa’ ma nbidilx. Il-logħba kienet ikkontrollata minn Philip Farrugia.
Naxxar Lions għelbu lil Marsa 2-0 biex akkwistaw it-tieni rebħa nfila wara li fl-ewwel ħarġa tagħhom ġarrbu telfa kontra l-leaders Sliema W. Iż-żewġ goals ġew skurjati fl-aħħar 25 minuta tal-logħba permezz ta’ Erikys Ferreira u Edson Cerqueira fis-66 u fis-73 minuta rispettivament. Referee Malcolm Spiteri.
Il-logħba bejn Żurrieq u Tarxien Rainbows intemmet bl-iskor ta’ 1-1 f’logħba kkontrolla minn Slobodan Petrovic. Żurrieq marru fil-vantaġġ mid-difensur Jeremy Busuttil fit-33 minuta biex11-il minuta mill-bidu tat-tieni taqsima Ricardo Silva Faria skorja l-goal tad-draw għal Tarxien Rainbows.
Il-logħob mit-tielet ġurnata jkompli l-Erbgħa b’dawn il-partiti:
18:30 – Centenary Stadium
Swieqi U vs Marsaskala
21:00 – Centenary Stadium
Żejtun Corinthians vs Vittoriosa Stars
21:00 – Victor Tedesco Stadium
Lija Athletic vs Mtarfa