Futbol Sport

Chelsea jkeċċu lil Thomas Tuchel wara t-telfa kontra Dinamo Zagreb

(Ritratt: EPA)

L-għada tat-telfa ta’ 1-0 fl-ewwel logħba fil-UEFA Champions League kontra Dinamo Zagreb, il-klabb minn Londra fi staqqarija ħabbar li keċċa lill-coach Thomas Tuchel. Fl-istqarrija ma’ ngħataw l-ebda raġunijiet tat-tkeċċija iżda bla dubju li rriżultat tal-bieraħ kien fattur importanti f’din id-deċiżjoni. L-istqarrija tkompli tgħid li filwaqt li l-owners il-ġodda resqin lejn l-ewwel 100 jum minn meta ħadu f’idejhom il-klabb, iħossu li huwa ”l-mument opportun li ssir din it-tranżizzjoni”

Fil-Kampjonat Chelsea jinsabu fis-sitt post b’10 punti, 5 taħt il-leaders u rivali Arsenal u minn sitt partiti rebħu tliet darbiet, ġew draw kontra Tottenham u tilfu darbtejn. Huwa mifhum li ż-żewġ telfiet fil-kampjonat ta’ 2-1 kontra Southampton u 3-0 kontra Leeds United ukoll kienu parti mir-raġuni għat-tmiem tal-avventura ta’ Tuchel.

Ma’ Chelsea Tuchel rebaħ il-UEFA Champions League fl-istaġun 2020/21, il-UEFA Super Cup kif ukoll it-Tazza tad-Dinja tal-klabbs fl-istaġun ta’ wara.