Sport Sport Ieħor

Ċikliżmu: Rigoberto Uran jirbaħ is-17-il stadju ta’ La Vuelta

Meta jonqos erba’ stadji biex tintemm l-edizzjoni 2022 tat-Tour ta’ Spanja, La Vuelta, is-17-il stadju kien fuq medda ta’ 162.3 kilometri minn Aracena sa Monasterio de Tentudia.

Fl-ewwel post fuq sprint daħal Rigoberto Uran tal-Kolumbja għal EF Education Easy Point fi tlett sigħat 42 minuta u 28 sekonda. Bl-istess ħin temm il-Franciż Quentin Pacher ta’ Groupama. B’distakk ta’ żewġ sekondi daħal l-Ispanjol ta’ Cofidis, Jesus Herrada segwit mill-Ispanjol Marc Soler ta’ Team Emirates b’distakk ta’ 15 il-sekonda.

Fil-klassifika ġenerali l-ewwel baqa’ il-Belġjan Remco Evenepoel ta’ Quick Step Alpha Vinyl Team b’total ta’ 65 siegħa 14 il-minuta u 5 sekondi b’vantaġġ ta 2 minuti u 51 sekonda mill-Ispanjol ta’ Movistar Team, Enric Mas. Fit-tielet post tela’ Juan Ayuso Pesquera ta’ Spanja għal Team Emirates b’distakk ta’ 4 minuti u 51 sekonda minn Evenepoel.