Lokali

Għin lil Miguel isib lil Max, il-kelb ta’ gwida tiegħu

Dalgħodu ntilef kelb ta’ gwida għal Miguel, tifel ta’ 16-il sena li nieqes mid-dawl.

Miguel kellu l-leukemia meta kellu biss sentejn, bil-kelb gold retriever ilu biswitu għal dawn l-aħħar sitt snin biex jgħinu wara li għeleb din il-battalja. Dan hekk kif it-tifel spiċċa tilef parti mil-vista t’għajnejh.

Il-familja ta’ Miguel qed jappellaw biex min jara lill-kelb, li deher l-aħħar fiz-zona ta’ Ħal Far, għandu jikkuntatjahom minnufih minħabba li t-tifel “mhu xejn mingħajr Max.”

Puttinu Cares ukoll ħarġu appell biex jinstab Max.