Lokali

Ġlieda b’sikkina bejn żewġt irġiel fil-Ħamrun

Żewġt irġiel ġew arrestati fil-Ħamrun wara li spiċċaw fi ġlieda li kienet tinvolvi l-użu ta’ sikkina.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11am fi Triq Ħal Qormi.

Raġel minnhom ġie arrestat immedjatament fuq il-post tal-ġlieda, bir-raġel l-ieħor jiġi arrestat ftit tal-ħin wara hekk kif dan ħarab minn fuq il-post.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.