Lokali

Ħadd mhu jgħid minn fejn se jitnaqqar il-budget

Għall-Ministru Michael Falzon, il-budget se jibqa’ jkollu impenn soċjali…. iżda ma qalilniex minn fejn se jkun qed jitnaqqas il-budget tal-Gvern.

It-Times of Malta fil-gazzetta tal-Ħadd irrapurtat li l-Gvern se jkollu jwaqqaf numru ta’ proġetti biex ikompli jissikka ċ-ċintorin.

Iżda għal Michael Falzon iżda, jidher li ma hemm ebda inkwiet.

Il-Ħadd fuq l-istazzjon Laburista, il-Ministru Aaron Farrugia qal li l-proġetti se jibqgħu għaddejjin…. madankollu issa kull settur qed ikollu d-dubji jekk hux il-budget tiegħu li se jkun mittiefes. Fl-aħħar jiem rajna kif diġà l-Gvern qaċċat aktar minn minn miljun ewro mill-Budget allokat għall-Università ta’ Malta, iżda sa issa għadu mhux magħruf minn liema dekasteru l-Gvern se jqaċċat il-200 miljun ewro mill-budget nazzjonali.