Raġel ta’ 32 sena residenti ir-Rabat sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ fuqu travu tal-ħadid waqt li kien qed jinġarr. Il-każ seħħ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq ta’ Mlit, il-Mosta għall-ħabta tal-10:30am.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>