Rowen Camilleri
ĦAMRUN S…………….1
MARSAXLOKK………..0
Ħamrun S: P. Sanchez, B. Domingues, S. Borg, M. Guillaumier, L. Montebello (S. Attard 68’), E. Mashike, R. Callegari, M. Fedele (S. Xerri 83’), Jonny (J. Soares 68’), E. Marcelina, R. Camenzuli
Marsaxlokk: J. Gobbi, C. Uzeh (A. Effiong 79’), A. Attard (C. Borg 58’), W. Serrano, E. Vella, S. Ferraris, L. Aguirre, S. Moracci (D. Mifsud 74’), W. De Sousa, D. Vukovic, T. Fonseca
Imwissija: J. Do Nascimiento 23’, M. Guillaumier 34’, E. Mashike 45+2’, S. Xerri 89’ (Ħ), E. Vella 31’, T. Fonseca 58’, S. Ferraris 87’, L.Aguirre 90’ (M)
Skorjaw: J. Do Nascimiento 9’(Ħ)
Referee: Darryl Agius
Assistenti Referees: Luke Portelli u Kurt Saliba
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Matteo Fedele (Ħamrun Spartans)
BOV Plejer tal-logħba: Matteo Fedele (Ħamrun Spartans)
F’partita li ftit li xejn offrit spettaklu, Ħamrun Spartans għelbu lil Marsaxlokk bi skor minimu ta’ 1-0, f’logħba li kellha tintlgħab fl-ewwel ġurnata iżda ma’ ntlagħbitx minħabba l-impenji ta’ Ħamrun fl-Ewropa.
Wara biss disa’ minuti Ħamrun Spartans fetħu l-iskor meta l-free kick ta’ Matteo Fedele kien imtajjar mid-difiża bil-ballun jaqa’ f’saqajn JONNY DO NASCIMIENTO li b’xutt mill-isbaħ ħalla lil Gobbi jħares. Fit-32 minuta Fedele reġa nkariga ruħu minn free kick din id-darba dirett bix-xutt ċentrali jispiċċa faċilment f’idejn Gobbi. Tliet minuti wara free kick għal Marsaxlokk li nkariga minnu Leandro Aguirre bl-ewwel tentattiv jaħbat mal-barriera u jerġa jiġi għand l-istess plejer li din id-darba ra x-xutt fil-baxx tiegħu jgħaddi ftit barra.

Bil-partita tibqa waħda pjuttost nieqsa minn azzjonijiet anke fit-tieni taqsima, fl-64 minuta Marsaxlokk kellhom free kick mogħti minn Ferraris li tefa’ ballun insidjuż fil-kaxxa ta’ Ħamrun, bil-goalkeeper Sanchez ikollu jtajjar b’diffikultà. Fit-80 minuta minn azzjoni personali s-sostitut Jorge Soares ra l-konklużjoni tiegħu tgħaddi barra.
Fil-85 minuta Marsaxlokk marru viċin meta s-sostitut Alfred Effiong prova xutt fl-angolu b’Sanchez ikollu jdawwar f’korner. L-iskor baqa’ dak ta’ 1-0 fejn għalkemm ma’ kienetx waħda mill-aħjar prestazzjonijiet tagħhom, Ħamrun Spartans ftit jimpurthom hekk kif ħadu dak li riedu u akkwistaw it-tliet punti.
//= $special ?>