Lokali

ID-DEAL TA’ KONRAD MIZZI MAS-SOCAR: Għaliex Robert Abela jibqa’ ma jieħux azzjoni?

Il-ftehim li għamel bil-moħbi l-eks Ministru Laburista Konrad Mizzi mal-Azerbaijan, u li nkixef grazzi għall-ġurnalisti indipendenti, huwa kapitlu ieħor fil-lista sħiħa ta’ skandli marbuta mal-Gvern Laburista. U l-PN se jibqa’ jkun viġilanti fuq din il-kwistjoni, biex il-korruzzjoni tkun missielta.

F’intervista fuq Net FM, Bernard Grech qal li illum dawn il-miljuni li nsterqu minn dawn id-deals issa jridu jiġu rkuprati mill-Gvern minn ħalq in-nies – bl-issikkar taċ-ċintorin.

Il-Kap tal-PN qal li dan hu musmar ieħor fl-istejjer ta’ korruzzjoni lampanti minn Konrad Mizzi u sħabu; b’Robert Abela jibqa’ jiddefendihom.

Bernard Grech sellem ukoll lill-għaqda ‘Repubblika’ għall-ħidma tagħha kontra l-korruzzjoni.

Il-Kap tal-PN irrefera wkoll għall-iskandlu fi Transport Malta, fejn stqarr li Robert Abela għadu sal-lum jiddefendi lill-Ministru involut.

Intant, Bernard Grech reġa’ fakkar kif il-PN f’dawn il-jiem qed jagħfas fuq it-tema tal-kwalità tal-ħajja – li se tkun it-tema ewlenija tal-festi tal-Indipendenza organizzati mill-PN.