Festi Lokali

Imfakkar Jum il-Vitorja

Fil-Belt, saret is-serata kommemorattiva li fiha tfakkret il-festa nazzjonali tal-Vitorja. Fiċ-ċerimonja tpoġġew kuruni mill-Prim Ministru Robert Abela, mill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia, mill-whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar, f’isem il-Kap tal-Oppożizzjoni.

F’isem il-PN tpoġġiet kuruna ta’ fjuri mid-deputat Mark Anthony Sammut, il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-PN.

Għal din l-okkażjoni sar ukoll diskors minn Maria Camilleri.

Iċ-ċelebrazzjonijiet uffiċjali jkomplu llejla b’quddiesa immexxija minn Monsinjur Arċisqof, filwaqt li għada ssir ir-Regatta tradizzjonali tal-Vitorja.