Mara ta’ 72 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza fi Trq il-Kbira, il-Mellieħa għall-ħabta tan-nofs siegħa.
Fuq il-post marru l-Pulizija fejn sabu lil mara feruta wara li ttajret mill-karozza misjuqa minn raġel ta’ 74 sena, it-tnejn residenti l-Mellieħa stess.
Tim mediku assista lill-vittma li ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġiet ċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>