Fi stqarrija maħruġa mill-klabb ta’ Bologna ġie mħabbar li l-coach Sinisa Mihajlovic tneħħa mit-tmexxija tal-klabb wara tliet snin u nofs. Din kienet it-tieni esperjenza ta’ Mihajlovic ma’ Bologna wara li fl-ewwel esperjenza tiegħu fl-istaġun 2008/09 huwa kien ħa t-tmexxija tat-tim f’Novembru minflok Daniele Arrigoni iżda tkeċċa wara biss ħames xhur wara li t-tim kien spiċċa fiż-żona relegazzjoni.
Il-President Joey Saputo stqarr li din kienet l-aktar deċiżjoni diffiċli kemm ilu jmexxi. Qal li din id-deċiżjoni kienet inevitabbli wara l-bidu ta’ dan l-istaġun fejn Bologna għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa wara ħames partiti. Semma li f’dawn is-snin il-belt ta’ Bologna għexet l-emozzjoni mal-istess coach li għadu għaddej bil-kura kontra l-marda tal-lukimja. Huwa faħħar il-mod kif Mihajlovic kien determintat li jibqa’ viċin l-istaff u l-players tiegħu anke fil-mumenti mhux daqstant faċli li kien għaddej minnhom.
Saputo rringrazzja lil Mihajlovic u l-istaff tekniku għal ħidma tagħhom f’dawn is-snin filwaqt li wiegħed lill-istess Mihajlovic li l-klabb u s-sapporters se jibqgħu miegħu fil-mixja li hu qed jagħmel sakemm jirkupra minn saħħtu u biex ikun jista jkompli bil-karriera tiegħu.
//= $special ?>