Dinamo Zagreb jaħsdu lil Chelsea
PSG 2-1 Juventus
PSG f’darhom għelbu lil Juventus 2-1. Kien it-tim minn Pariġi li fetaħ vantaġġ doppju fl-ewwel taqsima b’żewġ goals ta’ Kylian Mbappe fil-5 u fit-22 minuta. Juventus daħlu fil-partita fit-tieni taqsima b’goal tas-sostitut McKennie, liema goal ma’ kienx biżejjed biex isalvu punt għal Bianconeri.
Benfica 2-0 Maccabi Haifa
Fil-partita l-oħra minn Grupp H Benfica għelbu lil Maccabi Haifa 2-0. Rafa Silva poġġa lill-Portugiżi fil-vantaġġ fil-50 minuta biex erba’ minuti wara kien Alex Grimaldo li għamilhom 2-0, riżultat li bih intemmet il-partita.
Dinamo Zagreb 1-0 Chelsea
Fi Grupp E, Chelsea kienu maħsuda minn Dinamo Zagreb, bit-tim Kroat jirbaħ bl-iskor ta’ 1-0. L-uniku goal tal-partita wasal fit-13-il minuta meta minn pass ta’ Bruno Petkovic, kien Mislav Orsic li xeħet wara Mendy biex Zagreb għarfu jiddefendu r-riżultat sat-tmiem.
Salzburg 1-1 Milan
Mill-istess Grupp Milan kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Salzburg fir-Red Bull Arena. Kienu Salzburg li marru fil-vantaġġ wara 28 minuta b’goal ta’ Noah Okafor. Reazzjoni minn Milan u ħames minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima kien Alexis Saelemaekers li ġab l-iskor indaqs wara pass ta’ Rafael Leao
Celtic 0-3 Real Madrid
Fi Grupp F, Real Madrid kellhom jistennew sat-tieni taqsima biex għelbu lill-Iskoċċiżi Celtic. Vicinius Junior għamilhom 1-0 fis-56 minuta, b’Luka Modric jirdoppja erba’ minuti wara għal skor ta’ 2-0. Fit-78 minuta Real issiġillaw ir-rebħa b’goal ta’ Eden Hazard għal skor finali ta’ 3-0 favur il-holders tal-kompetizzjoni.
RB Leipzig 1-4 Shaktar Donetsk
Shaktar Donetsk barra minn darhom ukoll kisbu rebħa tajba meta għelbu lil RB Leipzig 4-1. Maryan Shved għamilhom 1-0 wara 16-il minuta skor li bih intemment l-ewwel taqsima. Fis-57 miuta Leipzig ġabu d-draw b’goal ta’ Mohamed Simakan iżda minuta biss wara reġa kien Maryan Shved li għaqqad dopjetta personali u Shaktar lura fil-vantaġġ. L-Ukreni kabbru l-vantaġġ fis-76 minuta permezz ta’ Mykhailo Mudry biex imbgħad kien Lassina Traore li skorja r-raba’ goal fil-85 minuta.
Borussia Dortmund 3-0 FC Copenhagen
Borussia Dortmund fetħu l-impenji fi Grupp G b’rebħa konvinċenti ta’ 3-0 kontra d-Daniżi FC Copenhagen. Kien Marco Reus li wara 35 minuta poġġa lil Dortmund fil-vantaġġ. Il-Ġermaniżi rdoppjaw qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Raphael Guerreiro. Seba’ minuti mit-tmiem, Jude Bellingham għamilhom 3-0 b’Copenhagen ikollhom goal ta’ Rasmus Falk imħassar bil-VAR lejn it-tmiem.
Seville 0-4 Manchester City
Il-favoriti flimkien ma’ Dortmund fi Grupp G Manchester City ukoll ma’sabux diffikultà biex għelbu lill-avversarji tagħhom, meta fir-Ramón Sánchez Pizjuán rebħu lil Seville 4-0. Kien Erling Haaland li fetaħ l-iskor fl-20 minuta b’dan il-goal ikun l-uniku wieħed fl-ewwel taqsima. Fit-58 minuta Phil Foden irdoppja għat-tim ta’ Pep Guardiola biex fis-67 minta reġa kien Haaland li skorja t-tieni goal tiegħu u t-tielet għal Manchester City. Is-Citizens għamluhom erba’ żewġ minuti fuq il-ħin regolamentari b’goal tad-difensur Ruben Dias.

Logħob għal-lum:
Grupp A:
18:45 – Ajax vs Rangers
21:00 – Napoli vs Liverpool
Grupp B:
21:00 – A. Madrid vs Porto
21:00 – C. Brugge vs B. Leverkusen
Grupp C:
21:00 – Barcelona vs V. Plzen
21:00 – Inter vs B. Munich
Grupp D:
18:45 – E. Frankfurt vs S. Lisbon
21:00 – Tottenham H vs O. Marseille
//= $special ?>