Lokali

Oqgħod attent jekk inti allerġiku għal-lewż

Tikkunsmax dan il-prodott għax possibilment fih il-lewż.

Dan l-avviż ħarġitu id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali hekk kif l-ingredjent żejjed mhux iddikjarat fuq it-tikketta tal-prodott.

Wieħed għandu joqgħod attent b’mod speċjali jekk hu allerġiku jew intollerant għal-lewż.

Deskrizzjoni tal-prodott:Spread biċ-ċikkulata u l-ġellewż
Isem tal-prodott:Spreadup choco duo hazelnuts
Ditta:SPAR
Data tad-durabbilità:31/12/2022
Lott:1599421
Użin:400g

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 21337333 mit-8:00am sas-2:30pm jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.