“Qatt m’hu tard biex titgħallem.”
Dan kien il-messaġġ illi twassal meta ġiet imnedija l-inizjattiva ta’ lifelong learning mir-Reġjun tal-Punent fill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi l-Erbgħa waranofsinhar.
Waqt dan l-avveniment intqal li din l-inizjattiva hija promozzjoni għas-sena akkademika li jmiss. Din tapplika kemm għal studenti maturi kif ukoll għal dawk tat-terza eta’.
Din l-inizjattiva qed issir f’kollaborazzjoni ma diversi skejjel fosthom l-MCAST, l-Universita’ ta’ Malta, l-ITS, u anke bis-sehem ta’ JobsPlus.
Barra minn hekk, se jkun offrut sistema ta’ trasport għal dawk l-individwi li għandhom diffikultà biex jaslu għall-korsijiet. Din l-inizjattiva se toffri ukoll skema finanzjarja.
Waqt il-preżentazzjoni, intqal illi qatt m’hu tard sabiex titgħallem għaliex it-tagħlim jibqa’ għaddej tul ħajjitna kollha.
Nhar it-Tlieta li ġej fit-4pm se jkun hemm attivita’ li se sservi bħalha promozzjoni għal din l-inizjattiva fil-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi.
Għal dan l-avveniment kien hemm preżenti d-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Francine Farrugia.
//= $special ?>