Raġel ta’ nazzjonalità Pakistana ġie kundannat sena ħabs mill-Maġistrat Ian Farrugia wara li ammetta li pprova jisraq karozza u li seraq oġġetti minn żewġ karozzi fin-Naxxar. L-Ispettur Christabelle Chetcuti qalet fil-Qorti li Shahihan Shahid ittanta jisraq karozza tat-tip Citroen C3 fl-1 ta’ Lulju li għadda għall-ħabta tal-10.30pm fi Triq Andrea Debono.
L-imputat ammetta wkoll li kiser il-paċi pubblika u li pprova jwettaq dan ir-reat waqt li kien fis-sakra u mhux kapaċi jieħu ħsieb tiegħu nniffsu. Shahid ammetta wkoll li fil-25 ta’ Ġunju li għadda, fin-Naxxar ukoll, seraq diversi oġġetti minn żewġ karozzi tat-tip Toyota Yaris u Toyota Pixis) fi Triq l-Imnara u, mill-ġdid, fi Triq Andrea Debono.
L-imputat kien ġie mixli wkoll mill-Prosekuzzjoni li dakinhar stess ħebb għal raġel u li f’Ġunju u f’Lulju li għadda kien qed jgħix ħajja ta’ għażż u ta’ vagabundaġġ. Il-Qorti qieset fost ohrajn, in-natura tar-reati kommessi u l-ammisjoni bikrija tal-imputat u kkundannatu sena priġunerija.
//= $special ?>