Lokali

Sit ġdid li jippromwovi trobbija pożittiva

Sit elettroniku li jigbor l-informazzjoni u jipprovdi direzzjoni ċara bbażata fuq ir-riċerka dwar trobbija pożittiva: positiveparenting.gov.mt

Trobbija pożittiva – din hija t-tema ta’ sit ġdid li jiffoka fuq il-bini ta’ konnessjoni u relazzjoni b’saħħitha mat-tfal.

Tkellimna ma’ Ruth Sciberras, Chairperson tat-Taskforce għat-Trobbija Pożittiva illi tispjegalna l-għan ewlieni ta’ dan is-sit.

“L-għan ta’ dan is-sit hija li inkomplu nkabbru kuxjenza u nedukaw dwar it-trobbija pożittiva, biex nibqgħu f’kuntatt mal-ġenituri u dawk li jrabbu, fejn jistgħu jibgħatulna anki d-diffikultajiet u l-isfidi u għandna terapista li tweġibhom mill-ewwel.”

Saqsejniha wkoll x’inhuma l-aktar sfidi li qed jaraw preżentament.

“L-aktar żmien diffiċli huwa dak tal-adoloxxenza, għaliex meta t-tfal ikunu żgħar, għax it-tfal iħarsu lejn il-ġenituri bħalha l-mudell tagħhom, fl-adoloxxenza, iż-żgħażagħ jibdew jinqatgħu mit-twemmin tal-ġenituri, u hemmhekk jibdew sfidi ġodda. Il-ġenituri għandhom jibqgħu hemmhekk u jassistuhom f’dak li hemm bżonn”

Ruth Sciberras spjegatilna x’jista’ jsib persuna la darba jidħol fis-sit u l-inizjattivi li qed jittieħdu.

“F’dan is-sit se jkun hemm l-attivitajiet li anki l-Kumitat se jkun qed jagħmel b’risq il-familji, blogs ukoll, u anki attivitajiet oħra għaddejjin”