Għawdex Sport

Tirritorna l-maratona t’Għawdex ta’ Jum l-Indipendenza

Mill-ġdid għal din is-sena se tirritorna l-Gozo Half Marathon, organizzata minn Teamsport Gozo. Attività popolari li l-aħħar li saret kien fl-2019, u f’dawn l-aħħar sentejn ma saritx kaġun tal-pandemija, madanakollu l-organizzaturi qed jittamaw li jissuperaw l-attentendenza tal-aħħar darba u naraw aktar minn 1,500 atleta.

Fatt pożittiv ukoll li fl-2019, kien hemm atleti minn 58 pajjiż differenti.

Ġirja li se tkun qed tikkonsisti f’għadd ta’ tiġrijiet inkluż 10K Race, 10K Walkathon u anki tiġrijiet li jinvolvu l-familji u t-tfal.

Il-ġirja f’Għawdex se ssir f’Jum l-Indipendenza u se tibda mix-Xagħra. Hija se tkun qed tgħaddi minn għadd ta’ lokalitajiet inkluż ir-Rabat.

Il-ġirja tal-Half Marathon għandha tieħu mat-3 sigħat, filwaqt li ġirjiet l-oħra se jkunu qed jieħdu madwar sagħtejn. Biex wieħed japplika għandu jżur is-sit gozomarathon.org, filwaqt li wieħed għandu jagħmel dan sat-18 ta’ Settembru li ġej.