Artiklu: Stewart Said
Il-kowċ nazzjonali Malti tal-waterpolo Karl Izzo esprima l-kuntentizza tiegħu wara l-prestazzjoni qalbiena kontra l-Ġermanja, liema telfa ta’ 14-11 fissret li Malta kklassifikat il-Kampjonat Ewropew fl-14-il post.
“Ninsab kuntent u onorat bil-prestazzjonijiet tal-plejers tiegħi. Kienet logħba oħra tajba ħafna u kellna fejn nirbħu.” Izzo semma sitwazzjoni meta Dino Zammit ġie wiċċ imb wiċċ u seta’ għamilhom 5-3, bil-Ġermaniżi jġibu d-draw fl-azzjoni ta’ wara.
Karl Izzo qal li biex Malta lagħbet mal-Ġermanja sal-aħħar tal-istaġun kien tragward tajjeb ħafna. “Urejna tul it-tournament kollu li kellna l-aqwa Kampjonat Ewropew li seta’ kellna. Lagħbu b’qalbhom, lagħbu b’dedikazzjoni u ma kienx faċli li tilgħab wara kampjonat stressanti,” kompla Izzo .
Malta telgħet fi Grupp B flimkien mal-Kroazja, is-Serbja u Franza. Dawn it-tliet avversarji kienu wisq tajbin għat-tim Malti iżda meta l-plejers lagħbu kontra s-Slovenja, Malta ħarġet rebbieħa u assigurat post mal-aqwa 14 tal-Ewropa.
//= $special ?>