Sport Sport Ieħor

Ċess: Bħalissa għaddej il-Kampjonat Nazzjonali maqsum fi tliet kategoriji

(Ritratt: Lana Chess Photography)

Ic-champion renjanti ta’ Malta Robert Zerafa, kellu bidu iebes b’telfa kontra r-runner up tas-sena l-oħra Colin Pace, u kontra Jake Darmanin.  Zerafa irnexxielu jġib draw kontra Alberto Farah.  Min-naħa l-oħra, Pace u David Cilia Vincenti kellhom bidu tajjeb b’żewġ rebħiet u draw kull wieħed.  Jake Darmanin ġab draw kemm ma’ Cilia Vincenti u ma’ Pace, sabiex akkwista żewġ punti.  L-ewwel logħba bejn Farah kontra Peter Sammut Briffa ġiet posposta.

Riżultati:

Rd 1:  Pace vs Zerafa 1-0; Cilia Vincenti vs Darmanin 1/2; Sammut Briffa vs Farah pp.

Rd 2: Farah vs Zerafa 1/2; Darmanin vs Pace 1/2; Sammut Briffa vs Cilia Vincenti 0-1.

Rd 3: Cilia Vincenti vs Farah 1-0; Pace vs Sammut Briffa 1-0; Zerafa vs Darmanin 0-1.

Klassifika wara Round 3:

Cilia Vincenti & Pace 2.5/3; Darmanin 2/3; Zerafa 0.5/3; Farah 0.5/2; Sammut Briffa 0/2.

Fil-Kampjonat tan-Nisa, intlagħbu s’issa żewġ logħbiet, b’Jamie Farrugia fuq quddiem b’żewġ rebħiet kontra Milena Stagno u Hayley Thornton.  Filipina Thornton għelbet lil Stagno, filwaqt li kellha riżultat sorpriża ta’ draw, kontra Hayley li għad għandha biss ħdax il-sena. 

Hayley Thornton fl-azzjoni (Ritratt: Lana Chess Photography)

Riżultati:

Rd 1: Thornton F. vs Thornton H. 1/2; Farrugia vs Stagno 1-0.

Rd 2: Farrugia vs Thornton H. 1-0; Stagno vs Thornton F. 0-1.

Klassifika wara Round 2:

Farrugia 2pts; Thornton F. 1pt; Thornton H. 1/2pt; Stagno 0pts.

Fil-Kampjonat tas-Seniors, George Caruana u Mario Psaila akkwistaw draw kontra xulxin biex issa għandhom 2.5 punti kull wieħed wara tlett logħbiet.  Conrad Thake huwa l-uniku plejer b’punti massimi, wara żewġ rebħiet kontra John Richards u Ray Azzopardi.

Riżultati:

Rd 1: Thake vs Richards 1-0; Mamo vs Psaila 0-1; Caruana vs Busuttil Naudi 1-0.

Rd 2: Psaila vs Caruana 1/2; Richards vs Mamo 1-0; Azzopardi vs Thake 0-1.

Rd 3: Mamo vs Azzopardi 1-0; Caruana vs Richards 1-0; Busuttil Naudi vs Psaila 0-1.

Klassifika wara Round 3:

Caruana, Psaila 2.5/3; Thake 2/2; Richards, Mamo 1/3; Azzopardi, Busuttil Naudi 0/2.