Graham Potter se jieħu post Thomas Tuchel bħal Manager ta’ Chelsea hekk kif fl-aħħar ħin intlaħaq ftehim bejn il-partijiet kollha u Potter mistenni jirriżenja minn ma’ Brighton.
Il-kowċ ta’ 47 sena ilu ma’ Brighton sa mill-istaġun 2019/20 iżda bla dubju li l-aħjar staġun tiegħu mas-Seagulls kien l-istaġun li għadda meta Brighton spiċċaw fit-8 post tal-Premier League, 5 punti biss ‘il bogħod minn post storiku fl-Europa Conference League.
Minbarra Potter, ismijiet oħra li kienu qed jissemew li jistgħu jieħdu post Tuchel kienu dawk ta’ Mauricio Pochettino u Zinedine Zidane bi xnigħat oħra anke bdew iseemu lil coach ta’ Sporting Lisbon Ruben Amorim