Internazzjonali

IL-MEWT TAR-REĠINA: l-ewwel reazzjonijiet

Fil-mumenti wara li tħabbret il-mewt tar-Reġina Eliżabetta, minnufih bdiet mewġa ta’ messaġġi ta’ solidarjetà u kondoljanzi mhux biss mal-familja rjali Ngliża imma mal-poplu Brittanniku kollu.

Iżda minbarra dawn il-messaġġi kien hemm ukoll numru ta’ azzjonijiiet li segwew.

Ma naqsux il-bnadar mezz’asta fir-residenzi Rjali kollha, inkluż fil-kastell ta’ Balmoral fejn mietet ir-Reġina.

Eluf ta’ persuni nġabru quddiem il-palazz ta’ Buckingham, u fejn ingħata wkoll salut minn dawk preżenti.

Intant strikes skedati għall-jiem li ġejjin mis-servizzi tal-posta u tat-trains fl-Ingilterra, issa tħassru.

Ma naqsux il-messaġġi ta’ kapijiet ta’ Stati differenti lill-familja rjali Ingliża.

L-Archewell Foundation ta’ Harry, iben il-Prinċep Charles, u martu Meghan ukoll għamlet tribute b’tislima lin-nanna ta’ Harry.

Intant il-Bank of England ħareġ avviż fejn avża li l-karti tal-flus b’wiċċ ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni għalissa se jibqgħu validi, sakemm jinħarġu karti ġodda miz-zekka.

U n-natura wkoll donnha riedet tagħmel il-parti tagħha hekk kif fejn il-palazz ta’ Buckingham, propju ftit qabel ma tħabbret il-mewt tar-reġina tfaccaw mhux qasalla waħda imma tnejn.