Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja tar-Reġina Eliżabetta t-Tieni. Ir-Reġina tar-Renju Unit li għal perjodu ta’ żmien kienet ukoll ir-Reġina ta’ pajjiżna.
Eliżabetta II kellha rabtiet kbar ma’ pajjiżna, tant li Malta kien l-unika pajjiż li għixet parti minn ħajjitha fih minbarra r-Renju Unit. Hija wkoll il-Kap tal-Commonwealth li Malta hi parti minnu.
Il-Partit Nazzjonalista jingħaqad mal-kumplament tal-pajjiżi tal-Commonwealth u tad-dinja u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-poplu tar-Renju Unit f’dan il-mument ta’ luttu nazzjonali.
//= $special ?>