Internazzjonali

“Il-qlub tal-poplu Brittaniku jinsabu mal-familja Rjali”

Matul il-ġurnata diversi kelliema mill-House of Commons iddikjaraw messaġġi ta’ solidarjeta u simpatija għall-familja Rjali li bħalissa għaddejja minn mumenti ta’ anzjeta wara li r-Reġina tar-Renju Unit ddaħlet l-isptar b’emerġenza.

Il-Prim Ministru l-ġdid għar-Renju Unit, Liz Truss ddikjarat fuq il-midja soċjali li “l-qlub tal-poplu Brittaniku jinsabu mal-familja Rjali f’dan il-perjodu ta’ inċertezza”.

Din l-aħbar ħarbtet lill-House of Commons li kien jinsab f’nofs diskussjoni rigward pjanijiet sabiex jitpoġġew limiti fuq il-prezzijiet tal-enerġija li qiegħdin jogħlew mingħajr kontroll.

Madankollu wara li tħabbret l-aħbar id-diskussjonijiet waqfu ħesrem b’diversi kelliema miż-żewġ naħat tal-kamra jqumu u jiddikjaraw simpatija għall-familja rjali.

Il-Palazz ta’ Buckingham ddikjara li r-reġina tinsab taħdt osservazzjoni medika wara li ddaħlet l-isptar b’emerġenza.