Pajjiżna illum qed ifakkar Jum il-Vitorja – il-festa li fiha bħala poplu niċċelebraw ir-rebħa fl-Assedju l-Kbir u t-tmiem tal-bumbardamenti fuq Malta fit-Tieni Gwerra Dinjija.
Lejlet il-Vitorja, fil-Birgu, tmexxa l-Pontifikal minn Monsinjur Arċisqof. Preżenti fost l-oħrajn il-President ta’ Malta George Vella, il-Prim Ministru, l-Ispeaker Anglu Farrugia, il-whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar, Ministri, deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra, kunsillieri u persuni distinti oħrajn.
Qabel din il-quddiesa ingħata s-salut nazzjonali u saret l-ispezzjoni tal-Gwardja tal-Unur mill-President Vella.
Il-festa tal-Bambina, nhar it-8 ta’ Settembru, tiġi iċċelebrata fl-Isla, in-Naxxar, il-Mellieħa u x-Xagħra Għawdex.
//= $special ?>