Sal-lum il-ġurnata ma hemm l-ebda pjattaforma lokali li toffri s-sottotitli għal dawk il-persuni li għandhom nuqqas ta’ smiegħ.
U l-PN qiegħed jinsisti li bħala pajjiż, l-istazzjon Nazzjonali jibda joffri dan is-servizz, li huwa vitali biex jagħti aktar inklużjoni – fejn anki fondi tal-UE jistgħu jgħinu biex dan iseħħ.
Tkellimna ma’ Graziella Galea, il-Kelliem tal-PN għall-Persuni b’Diżabbiltà fejn stqarret ma’ Net News kif jeħtieġ pjan professjonali biex fuq l-istazzjon Nazzjonali jkun offrut dan is-servizz ta’ sottotitoli.
Peter Agius min-naħa tiegħu spjega ma’ Net News kif hemm għadd ta’ fondi Ewropej li jistgħu jiġu utilizzati b’mod aħjar.
Ir-rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista sostnew li l-awtoritajiet għandhom jimxu mill-kliem għall-fatti….. u minflok juru biss simpatija, jgħaddu għal azzjonijiet konkreti biex ikun żgurat li jkun hemm aċċessibbiltà usa’ għal dawk li għandhom nuqqas ta’ smiegħ.
//= $special ?>