Lokali

L-ebda ‘deadline’ għar-rapport dwar Iosif Galea, u l-ebda informazzjoni dwar Abukem

Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Byron Camilleri jibqa’ ma jagħtix informazzjoni dwar l-iżviluppi marbuta ma’ Iosif Galea.

Galea kellu fuqu mhux wieħed imma żewġ mandati ta’ arrest – imma għal xi raġuni hu kien ħareġ u daħal f’pajjiżna kemm-il darba, sakemm fl-aħħar kellhom ikunu l-awtoritajiet Taljani li f’Mejju li għadda arrestawh waqt li kien btala flimkien mal-eks Prim Ministru Joseph Muscat.

Iosif Galea kien imfittex fuq każ ta’ leak  ta’ informazzjoni sensittiva ferm mill-Malta Gaming Authority, u kien hemm anke mandat fuq ismu b’rabta ma’ invesigazzjoni mill-awtoritajiet Ġermaniżi fuq evażjoni ta’ taxxa.

Missier Iosif Galea hu ċ-Chief of Staff tas-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli.

Wara l-arrest ta’ Galea, il-Police Complaints Board intalab jagħmel investigazzjoni dwar il-każ, madankollu il-Union tal-Pulizija l-MPU qed titlob investigazzjoni indipendenti u qed tinsisti li mhux se taċċetta r-rapport tal-Complaints Board. Anke l-PN kien tkellem b’sahha fuq din it-tema.

Iosif Galea kien arresta fl-italja wara li ħarep minn pajjiżna minkejja l-mandat ta’ arrest

Intant, erba’ xhur wara, dan ir-rapport għadu mhux konluż u l-Ministru repsonsabbli u li taħtu jaqa’ dan il-bord qed jgħid li mhemmx żmien stipulat sa meta jrid jitlesta dan ir-rapport.

Meta mitlub jiċħadx rapporti li erba’ uffiċjali tal-Pulizija kienu se jiffaċċjaw akkużi kontrihom b’rabta ma’ dan il-każ…. Camilleri ma weġibx.

Intant, minbarra l-kontroversja ta’ Galea, bħalissa hemm każ ieħor ta’ tħassib li jinvolvi raġel imfittex mill-Pulizija.

Ramzi Abukem jinsab akkużat fost l-oħrajn bil-qtil ta’ Mario Farrugia, li nstab mejjet fil-bagoll tal-karozza tiegħu stess… reat li seħħ aktar kmieni din is-sena… kif ukoll bil-qtil ta’ Mahmoud Elmejdi fl-2017.

Il-Pulizija ilha ġimgħatejn tappella għal informazzjoni dwar Ramzi Abukem, akkużat fost l-oħrajn bil-qtil ta’ żewġ persuni

Net News staqsa lil Byron Camilleri jekk hemmx possibilita li s-supettat, li kien barra fuq bail, ħarab minn pajjiżna u jekk intalbitx l-għajnuna tal-Europol f’dan kollu.

Madankollu l-Ministru qal li d-deċiżjoni li jingħata l-ħelsien mill-arrest hija tal-Qrati..u ma għaldarboħra ma tax tweġibiet għall-mistoqsijiet tagħna.