MARSA……………………4
QRENDI …………….……..0
Chris Cassar
Marsa: N. Vella, D. Micallef, J. Grioli, L. Grech, C. Camilleri, A. Caseres, L. Sciberras, L. Scicluna, G. Bugeja, L. Ribeiro, V. Alinho.
Qrendi: C. Santos, L. Gusso, C. Mercieca, M. Camilleri, C. Gatt Baldacchino, M. Gauci, S. Borg, N. Cope, A. Sammut, D. Borg, C. Antunes.
B’gowls fit-tieni taqsima Marsa kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun kontra tim ta’ Qrendi li għadu mingħajr rebħa u li kkonferma l-problemi murija fl-ewwel logħbiet speċjalment fid-difiża.
F’din il-logħba bejn żewġ timijiet ifittxu l-ewwel rebħa, kellha bidu ferm veloċi fejn fl-ewwel għaxar minuti it-tnejn resqu viċin li jiftħu l-iskor. Fil-minuti ta’ wara kien il-goalkeeper ta’ Qrendi Santos li sar protagonista bi tliet interventi determinanti.
Għall-kumplament tat-taqsima Marsa kellhom diversi attakki u Leighton Grech li kien fost l-aħjar għal Marsa, falla ċans tajjeb minn duqqiem il-lasta. Iżda l-isbaħ opportunita’ waslet għand Qrendi eżatt qabel l-intervall meta f’kontrattakk veloċi u azzjoni mill-aqwa, ix-xutt finali ta’ Christian Mercieca għadda jħakkek mal-wieqfa.
Tletin sekonda mill-ftuħ tat-tieni taqsima inċertezza fid-difiża ta’ Qrendi u Ribeiro b’xutt bid-dawra sab ir-rokna ta’ fuq tax-xibka. Għaxar minuti wara Ribeiro seraq ballun lid-difiża, qabeż lill-goalkeeper u qassam lejn Caseres li mill-viċin xeħet ġewwa.
Ħames minuti wara azzjoni oħra veloċi ta’ kontrattakk b’Ribeiro jiżmarka lil Caseres li qaeż lill-goalkeeper qabel xeħet f’lasta vojta. Fid-90 minuta Luca Brincat b’xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa skorja r-raba’ gowl ta’ Marsa.
Referee: Ezekiel Barbara
//= $special ?>