Fl-aħħar, wara ġimgħat ta’ periklu u wara li saret pressjoni mill-Minority Leader tal-PN fil-Kunsill Lokali tal-Belt, Christian Micallef permezz ta’ post fuq Facebook, beda x-xogħol fi triq li kienet ferm perikoluża hekk kif sfrondat parti minnha.
Iktar kmieni:
Ġimgħat sħaħ. Daqshekk ilha ta’ periklu Triq San Kristofru fil-Belt Valletta wara li sfrondat parti mit-triq tant li spiċċat b’ħofra mdaqqsa taħt u parti mill-bankina.
L-unika azzjoni li ttieħdet kienet barrikata f’nofs bankina u biċċa injama fil-ħofra… bil-ħofra kompletament esposta b’riżultat li wieħed faċilment jista’ jaqa’ fieqha u jsofri ġrieħi serji.
Il-Minority Leader fil-Kunsill Lokali tal-Belt, Christian Micallef qal li ressaq l-ilmenti tar-residenti lill-Kunsill Lokali. Ilmenti li ilhom isiru għal dawn l-aħħar ġimagħtejn iżda ħadd minn dawk responsabbli ma ndenja ruħu jieħu azzjoni.
Micallef qal li dan mhux każ li t-triq tittranġa ta’ malajr għal għajn it-turisti jew għax in-Notte Bianca tinsab wara l-bieb. Qal li hemm bżonn li jsir xogħol sew b’mod permanenti.
Iżda minkejja li rapport wara l-ieħor saru lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, is-Sindku Alfred Zammit qal li ma kellux idea b’din is-sitwazzjoni. Dan filwaqt li nfexx jattakka lill-Gvernijiet passati u qal li hu “mhux l-Ispirtu s-Santu”.
Dan kollu b’riżultat ta’ telqa sħiħ madwar il-Belt Valletta… il-Belt li tilqa’ mhux biss Maltin iżda wkoll mijiet u eluf ta’ turisti.
//= $special ?>