Is-Sibt waranofsihar, il-Kap tal-Oppożizzjoni wassal personalment il-kondoljanzi tiegħu lill-Kummissarju Għoli tar-Renju Unit Katherine Ward.
Bernard Grech iffirma l-ktieb tal-kondoljanzi fil-binja tal-Kummissarju Għoli Ingliż f’Ta’ Xbiex fejn esprima s-sogħba tiegħu għall-mewt tar-Reġina Eliżabetta II u wassal messaġġ ta’ solidarjetà f’isem l-Oppożizzjoni u l-Partit Nazzjonalista lill-poplu Brittaniku kollu kif ukoll lill-familja Rjali Ngliża f’dan il-mument ta’ luttu.
Bernard Grech qal li r-Reġina Eliżabetta kienet l-ewwel Kap ta’ Stat Malti u li kien fid-dmir tiegħu li bħala Kap tal-Oppożizzjoni jwassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familja Rjali u lir-Re Karlu III.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino
//= $special ?>