Futbol Sport

Bidu perfett għal Ħamrun Spartans

(Ritratt: Carlo Ciscaldi - Ħamrun Spartans)

Matthias Mizzi

SIRENS………………0

ĦAMRUN S………..2

Sirens: A. Cassar, W. Soares Da Silva, M. Muniz (S. Sessegnon 72’), K. Sano, R. Tachikawa, S. Cipriott (E. Siraj 90’), A. Borg, A. Cini, V. De Vale (W. De Oliveira 64’), I. Vaselinov, D. Jackson

Ħamrun S.: P. Sanchez, E. Domingos, S. Borg, M. Guillaumier, L. Montebello (S. Xerri 87’), E.Sukisa (Dodo 56’), R. Torre, M. Fedele (V. Ribeiro 56’), R. Do Nascimento (S. Xerri 90’), E. Marcelina, R. Camenzuli

Imwissija: J. Degran 6’ (ĦMR), S. Cipriott 31’ (SIR), E. Domingos 33’ (ĦMR)

Skorjaw: S. Borg 24’ (ĦMR), Dodo 73’ (ĦMR)

Referee: Alex Johnson

Assistenti Referees: Edward Spiteri & James Muscat

Il-Mument Plejer tal-logħba: Jonny (ĦMR)

BOV Plejer tal-logħba: Emerson Marcelina (ĦMR)

Ikompli l-vjaġġ mill-aqwa għal Ħamrun Spartans filwaqt li Sirens jibqgħu mingħajr rebħa mill-ewwel erba’ konfronti. Minkejja l-qawwa tal-Ispartans, Sirens għarfu jikkontrolla lill-avversarji bħala pussess ta’ logħob iżda ftit li xejn kienu ta’ periklu fuq l-attakk.

L-ewwel li marru viċin kienu Ħamrun fejn fit-13-il minuta corner li kien inkarigat minnu Matteo Fedele waqa’ fuq Elvis, bid-daqqa ta’ ras tiegħu ħabtet mal-wieqfa. Għaddew ħdax-il minuta u Steve Borg fetaħ l-iskor permezz ta’ xutt mill-ewwel fil-baxx minn corner li nkariga minnu Matteo Fedele. Man-nofsiegħa logħob Sirens irrispondew b’xutt mid-distanza tal-Portugiż Marcelo Muniz li għadda jħakkek minn mal-lasti. Fil-41 minuta Sirens reġgħu kienu perikolużi b’daqqa ta’ ras ta’ Rei Tachikawa li madankollu spiċċat fuq is-saqaf tax-xibka.

Minkejja l-qawwa tal-avversarji fil-bidu tat-tieni taqsima Sirens kellhom aktar pusses ta’ logħob f’idejhom, madankollu ma approfittawx. Mas-siegħa logħob b’intelliġenza kbir Guillaumier tefa’ pass penetranti fit-tul lejn Jonny u dan b’ħeffa kbira qabeż lid-difensuri, iżda ra x-xutt tiegħu fil-baxx jgħaddi ferm viċin il-lasti. Fit-73 minuta l-Ħamruniżi rdoppjaw l-iskor meta f’azzjoni personali Dodo dar madwar Alexander Cini u bix-xellugija għadda l-ballun minn taħt il-gowlkeeper Andrea Cassar. Fil-85 minuta Sirens setgħu jidħlu fil-partita meta free-kick mill-bogħod mogħti mis-sostitut Sessengon ġie salvat minn Sanchez u ħabat mal-mimduda. Wara dan iċ-ċans, it-tim immexxi minn Branko Nisevic intefa’ aktar fuq id-difiża biex isalva r-riżultat filwaqt li opera bil-kontrattakki veloċi ta’ Dodo u Jonny.