Internazzjonali

Dalgħodu r-Re Karlu III jkun proklamat Kap tal-Monarkija

Ir-Re Karlu se jkun proklamat uffiċjalment Re tar-Renju Unit – ċerimonja li se ssir fil-11am fil-Palazz ta’ St James fil-qalba tal-kapitali Londra. Din se tkun l-ewwel cerimonja tax-xorta tagħha li se titwassal LIVE b’xandira televiziva.

Il-Ħadd l-attenzjoni terġa’ iddur fuq l-Iskozja. It-tebut tar-Reġina huwa mistenni jitwassal sa Edinburgh. Dan filwaqt li l-istqarrija tal-Proklamazzjoni se tinqara wkoll fil-Parlament Skoċċiż u fil-Parlamenti ta’ Wales u l-Iralanda ta’ Fuq.

L-għada it-Tnejn, it-tebut jittieħed f’forma ta’ purċissjoni lejn il-Katidrall ewlieni f’Edinburgh fejn mistennija tkun esposta għall-pubbliku.