Formula 1 Sport

Formula 1: Charles Leclerc jegħleb lil Max Verstappen fil-kwalifikazzjoni tal-Grand Prix tal-Italja

(Ritratt: EPA)

Minn Neil Camenzuli

Charles Leclerc ta’ Ferrari ser jibda t-tellieqa ta’ għada fl-ewwel post wara li għeleb lis-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen b’distakk ta’ 0.145 sekonda ġewwa Monza. B’dan il-ħin is-sewwieq Monagesk se jkun qed jibda fuq quddiem għat-tmien darba dan l-istaġun. Is-sewwieq l-ieħor ta’ Ferrari, Carlos Sainz spiċċa fit-tielet post hekk kif ma kienx kapaċi jegħleb il-ħin ta’ Verstappen fl-aħħar lap.

Fir-raba’ u l-ħames post rispettivament Sergio Perez u Lewis Hamilton issiltu waqt it-tellieqa kollha iżda bid-differenza mil-ġimgħa l-oħra Perez ħareġ rebbieħ fil-konfront tas-sewwieq Ingliż. Fis-sitt post spiċċa s-sewwieq l-ieħor ta’ Mercedes George Russel. Fis-seba’ u t-tmien post rispettivament temmew it-tellieqa ż-żewġ sewwieqa ta’ McLaren Lando Norris u Daniel Riccardo waqt li Pierre Gasly ta’ AlphaTauri u Fernando Alonso ta’ Alpine ser ikunu l-aħħar żewġ sewwieqa li ser jibdew it-tellieqa mill-ewwel għaxra.

(Ritratt: EPA)