Qala Saints 4-1 Oratory Youths
In-neo promossi Qala Saints bdew l-istaġun fl-ewwel diviżjoni b’rebħa konvinċenti ta’ 4-1 kontra Oratory Youths. Qala fetħu l-iskor fil-11-il minuta permezz ta’ Rafael Conrado Prudente b’dan ikun l-uniku gowl fl-ewwel taqsima. Qala komplew fejn ħallew fl-ewwel 45 minuta u fis-70 minuta irdoppjaw permezz ta’ Joshua Buttigieg biex sitt minuti wara reġa kien Rafael Conrado Prudente li għaqqad dopjetta personali u għamel l-iskor 3-0. Qala ma’ kienux kuntenti u fit-83 minuta kien Nathan Chukwudi Njoku li għamilhom 4-0. Oratory Youths skorjaw gowl ta’ konsolazzjoni fil-ħin miżjud minn penalty mogħti minn Haraan Hajazan Goncalves Barbosa.
Referee: Emanuel Grech
Kerċem Ajax 1-0 Xewkija Tigers
Fil-partita l-oħra Kerċem Ajax kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra Xewkija Tigers. L-uniku gowl tal-partita kien skorjat fit-68 minuta permezz ta’ Pablo Vinicius De Moraes Ferreira.
Referee: Slobodan Petrovic
//= $special ?>