Il-poplu Ingliż se jkollu Bank Holiday oħra hekk kif id-data magħżula għall-funeral tar-Reġina Eliżabetta II se tkun dikjarata jum ta’ vaganza Nazzjonali.
Dan tħabbar minn Penny Mordaunt, Lord President tal-Accession Council.
L-Accession Council hu kunsill magħmul minn madwar 200 Ministri u diplomatiċi, u tradizzjonalment jitlaqqa’ kemm jista’ jkun malajr wara l-mewt tas-sovran tal-pajjiż.
Id-data tal-funeral Statli tar-Reġina Eliżabetta, sa issa għadha ma tħabbritx, iżda ħafna qed ibassru li l-ġurnata magħżula aktarx tkun nhar it-Tnejn 19 ta’ Settembru.
//= $special ?>