L-ewwel wild tar-Reġina Eliżabetta II dalgħodu kien proklamat Re Karlu III.
Mal-mewt tar-Reġina, nhar il-Ħamis li għadda, Karlu sar awtomatikament is-sovran il-ġdid tar-Renju Unit.
Madankollu dalgħodu f’ċerimonja fil-Palazz ta’ St James, Karlu kien formalment proklamat ir-Re tar-Renju waqt ċerimonja storika tal-Accession Council.
Din hi l-ewwel darba fl-istorja li l-proklamazzjoni tar-Re tar-Renju Unit ġiet imxandra live fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni.
Ir-Re Karlu III għandu 73 sena hu huwa l-ixjaħ persuna li qatt laħaq Re fl-istorja tar-renju Unit.
Meta laħqet Reġina, ommu Eliżabetta kellha biss 25 sena.
//= $special ?>