Lokali

Il-Pulizija jarrestaw 22 persuna li kienu f’pajjiżna irregolarment

Ħidma tal-Korp tal-Pulizija wasslet għall-arrest ta’ 22 persuna li rriżultaw li kienu f’pajjiżna b’mod irregolari.

Din il-ħidma kienet mifruxa fuq diversi zoni, inkluż f’Buġibba u f’San Pawl il-Baħar, kif ukoll f’Għawdex.

Il-Pulizija tkellmu ma’ diversi nies ta’ nazzjonalitijiet differenti. L-ispezzjonijiet saru fit-toroq, fuq waqfiet tal-karozzi tal-linja, kif ukoll f’residenzi.

Tul it-tfittxijiet instabu diversi persuni ta’ nazzjonalità barranija, u l-pulizija analizzat jekk fost oħrajn kinux fil-pussess ta’ dokumenti validi biex jgħixu f’pajjiżna.

L-operazzjoni wasslet għall-arresta ta’ 21 raġel u mara waħda li rriżulta li kienu qed jgħixu Malta mingħajr id-dokumentazzjoni neċessarja, b’dokumentazzjoni skaduta, jew b’mod irregolari. B’mod immedjat issa jibda l-proċess biex dawn il-persuni ma jibqgħux f’pajjiżna.

Dawk arrestati kienu mill-Ghana, mill-Mali u minn Niġerja.