L-aħbar tal mewt tal-aktar sovrana li qatt irrenjat fl-Ingilterra nhar il-Ħamis ixxukjat mhux biss il-Poplu Ingliż iżda lil bosta madwar id-dinja.
Is-Sibt filgħodu Net News żar it-toroq tal-Belt Valletta u ħa r-reazzjonijiet tan-nies għall-aħbar tar-Reġina Eliżabetta II.
Tul ir-renju tagħha ta’ 70 sena ir-Reġina Eliżabetta tat il-ġurament lil 15-il Prim Ministru differenti.
Hi kellha għal qalb ħafna lill-Maltin u l-Għawdxin , u spiss kienet tirreferi għal Malta bħala ‘home’.
Ir-reġina mietet fl-eta ta’ 96 sena… imma ħafna qalulna li għalkemm kienet kbira fl-età .. xort’waħda baqgħet taħdem qattih sal-aħħar mumenti ta’ ħajjitha.
Ma naqsux il-kummenti ta’ tama u tifħir lejn l-eredi tar-Reġina Eliżabetta II –ir-Re Karlu III.
//= $special ?>