Rowen Camilleri
FLORIANA…………….1
VALLETTA……………0
Floriana: G. Kitanov, A. M. Overend, C. Rutjens, O. El Hasni (E. Hershkovich 82’), E. Callegari, K. Reid (O. Spiteri 89’), F. Juarez, M. Garcia, C. Z. Lonardelli (J. Scicluna 51’), L.Trillo (A. Ciolacu 51’), M. Veselji (A. Garcia 51’)
Valletta: A. Guarnone, E. Ruiz, J. Borg, T. Caruana (L. Cremona 79’), S. Dimech, C. Gauci (A. Zammit 87’), E. P. Beltre, B. Kamdem, N. Ngong (F. Cheveresan 66’), E. Sala, K. Bevis
Imwissija: E. P. Beltre 29’, C. Gauci 45+2’, T. Caruana 64’, (E. Sala 69’) (V), F. Juarez 47’, O. El Hasni 72’ (F)
Skorja: K. Reid 86 (F)
Referee: Trustin Farrugia Cann
Assistenti Referees: Duncan Sultana u Duncan Spencer
BOV Plejer tal-Logħba: Adam Magri Overend (Floriana)
Il-Mument Plejer tal-logħba: Adam Magri Overend (Floriana)
Fid-derby bejn ir-rivali Floriana u Valletta kienu l-Greens li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 b’goal fis-86 minuta ta’ Kemar Reid. Wieħed jista jgħid li din ma’ kienetx waħda mill-isbaħ derbies bejn dawn iż-żewġ timijiet hekk kif għal ħinijiet twal l-intensità kienet waħda baxxa u l-konklużjonijiet lejn il-lasti kienu mill-inqas.
Wara biss 18-il sekonda Adam Magri Overend qabad ballun minn nofs ground u avvanza bih sa tarf il-kaxxa avversarja biex b’xutt fil-baxx impenja mill-ewwel lil Guarnone li kellu jdawwar f’korner. Fid-disa’ minuta free kick minn qagħda favorevoli għal Valletta mogħti minn Ngong iżda Kitanov kien attent u laqa’ tajjeb. Mal-kwarta logħob Kylian Bevis ta’ Valletta jirbaħ dwell mad-difensur Furjaniż Callegari iżda l-konklużjoni tal-Franċiż tgħaddi ftit għoli. Iż-żewġ timijiet naqqsu milli jkunu perikolużi għal xi ħin u fid-39 minuta Mattia Veselji jipprova xutt minn barra li kien milqugħ tajjeb minn Guarnone. Din kienet l-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima biż-żewġ timijiet jidħlu jistreiħu fi draw ta’ mingħajr goals.

Il-partita fit-tieni taqsima żammet ir-ritmu baxx li kellha fl-ewwel 45 minuta tant li l-ewwel xutt lejn il-lasti wasal mas-siegħa logħob meta s-sostitut Ciolacu għal Floriana minn qagħda angolata prova xutt b’saħħtu li iżda mar barra. Fis-77 minuta Valletta daħlu fil-kaxxa avversarja l-ewwel darba fit-tieni taqsima meta minn azzjoni personali Bevis avvanza u minn qagħda ċentrali ra l-konklużjoni tiegħu tgħaddi għoli. Fil-81 minuta s-sostitut ta’ Floriana James Scicluna minn barra l-kaxxa prova xutt sabiħ li Guarnone b’diffikultà kellu jdawwar f’korner. Fl-84 minuta Valletta protestaw għal penalty meta Cheveresan irċieva ballun fit-tul u ssikkat minn Rutjens irnexxielu jidħol fil-kaxxa u deher jitwaqqa’ iżda Trustin Farrugia Cann ħalla l-logħob għaddej. Żewġ minuti wara Floriana jiskorjaw dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa. Kien Ciolacu li għadda ballun ‘il quddiem lejn KEMAR REID, bil-Ġamajkan jirbaħ id-dwell ma’ Christian Gauci u wiċċ imb wiċċ ma’ Guarnone ma’ żbaljax u tefa’ fix-xibka fost il-ferħ ġustifikat tal-plejers, staff tekniku u supporters Furjaniżi. L-iskor baqa’ ma’ nbidilx sas-suffara finali u għalhekk it-tliet punti jmorru għand l-iskwadra mmexxija minn Gianluca Atzori.
//= $special ?>