Minn Matthias Mizzi
PIETÀ H…………….1
MOSTA……..……….4
Pietà H.: R. Cini, C. Bangura, S. Mizzi (K. Briffa 79’), Y. Ito (S. Okoh 18’), J. Ghio (D. Wismayer 79’), T. Agius (A. Camara 79’), Z. Leonardi, A. Ganiu, A. Belibi, K. Leonardi, T. Yamaguchi
Mosta: E. Akpan, R. Briffa (P. Tenebe 71’), C. Ememe, C. Faila, B. Diarra (P. Mensah 71’), T. Farrugia (M. Akrong 54’), E. Acheampong, J. Vassallo, Z. Brincat (N. Agius 71’), R. Ekani, T. Akiti
Imwissija: J. Ghio 9’ (PTH), B. Diarra 22’ (MST), Z. Brincat 37’ (MST), T. Farrugia (MST), T. Akiti 45+2’ (MST), A. Ogungbe 51’ (PTH), M. Akrong 58’ (PTH)
Tkeċċa: C. Bangura 45’
Skorjaw: C. Ememe 28’ (MST), Z. Brincat 61’ (MST), S. Okoh 63’ (PTH), C. Failla 67’ (PEN), M. Jacob 83’ (MST)
Referee: Philip Farrugia
Assistenti Referees: Mark Ciantar & Vasil Vasilev
Il-Mument Plejer tal-Logħba: Clayton Failla (MST)
BOV Plejer tal-Logħba: Christ Ememe (MST)
F’konfront mimli azzjonijiet u gowls Mosta rnexxielhom jakkwistaw it-tieni rebħa f’dan l-istaġun. Mhux l-istess jista’ jingħad għal Pietà li lagħbu għal taqsima sħiħa b’raġel inqas biex spiċċaw tilfu r-raba’ konfront tagħhom.
L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet mingħand Mosta meta minn free-kick insidjuż ta’ Clayton Faila, Boubakary Diarra kkonverta b’daqqa ta’ ras iżda l-gowlkeeper żagħżuġħ Cini kien f’pożizzjoni tajba biex dawwar f’corner. Kmieni wkoll fil-partita, proprju fit-18-il minuta l-coach Rodney Bugeja kellu jwettaq sostituzzjoni sforzata wara li Yasukaze Ito ma setax ikompli. Man-nofsiegħa logħob Mosta fetħu l-iskor b’daqqa ta’ ras b’saħħitha minn Christ Ememe grazzi għal kross preċiż ta’ Roderick Briffa. Fis-36 minuta Mosta kienu sfortunati li ma rdoppjawx l-iskor wara li xutt b’saħħtu ta’ Briffa stampa mal-mimduda u Tobi Akiti ra x-xutt tiegħu mir-rebound salvat b’mod spettakolari minn Cini. Proprju qabel il-mistrieħ, Pietà sfaw jilagħbu b’għaxar plejers hekk kif Clinton Bangura kien ikkastigat għal tackle kerha fuq Ememe.

Fit-tieni taqsima, il-Hotspurs ħarġu mal-ewwel fuq l-offensiva biex fis-47 minuta xutt ta’ Sheldon Mizzi ġie mdawwar b’diffikultà f’corner minn Akpan. Mosta rreaġixxew minuta biss wara b’xutt ta’ Acheampong li ħabat mal-mimduda u niżel fuq il-linja, bil-plejers u d-diriġenti ta’ Mosta pprotestaw li l-ballun kien qabeż il-linja. Fit-58 minuta free-kick ta’ Yamaguchi seta’ faċilment għamel l-iskor indaqs iżda spiċċa ħabat ukoll mal-mimduda . Għal dan iċ-ċans mitluf Pietà pattew qares għax tliet minuti biss wara Zachary Brincat rdoppja l-iskor b’xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa. Minkejja dan, fis-63 minuta Samuel Okoh naqqas il-marġni tal-iskor u skurja l-ewwel gowl tiegħu fil-Kampjonat Premier b’xutt mal-ewwel li għeleb lil Akpan. Fis-67 minuta Mosta ngħataw penalty meta s-sostitut Johnson Nsumo ġie mwaqqa’ minn Ogunge u mill-ħdax -il metru Failla b’mod stupend għamilhom tlieta. Seba’ minuti mid-disgħin minuta Mosta għalqu l-partita permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Martey Jacob li kkonverta fix-xibka corner ta’ Clayton Faila.
//= $special ?>