Minn Neil Camenzuli
Inter 1-0 Torino
F’San Siro, logħba pjuttost bilanċjata bejn Inter u Torino fejn Inter kellhom iktar pussess tal-ballun f’dan il-konfront iżda Torino lagħbu l-logħba tagħhom u attakkaw bil-kontrattakk. Madankollu Inter kellhom jistennew sad-89 minuta biex jiskurjaw l-ewwel gol permezz tal-midfielder Marcelo Brozovic
L-ewwel azzjoni denja fl-ewwel taqsima ġiet wara għoxrin minuta logħob hekk kif l-akkwist il-ġdid ta’ Torino Nikola Vlasic qabez żewġ difensuri Nerazzuri min naħa tal-lemin u prova jegħleb lil Handanovic bix-xellug iżda l-goalkeeper Slovenn salva l-ballun tajjeb b’saqajħ. Fl-ewwel taqsima kienu Torino li wrew l-iżjed ix-xewqa li jsibu ix-xibka iżda dan ma kienx il-kaz fit-tieni taqsima hekk kif Inter ħarġu b’iktar grinta sabiex isibu l-ewwel goal. Dan propju irnexielhom jagħmluh ftit minuti qabel l-aħħar suffara fejn irnexxielhom jiskurjaw il-goal li tagħhom r-rebħa permezz ta’ Marcelo Brozovic li sab il-xibka minn kross pinġut ta’ Nicolo Barella.
//= $special ?>