Fi Stadio Diego Armando Maradona, Napoli kellhom jistennew sad-89 minuta biex kisbu r-raba’ rebħa fil-Kampjonat meta b’goal ta’ Giacomo Rapadori, l-ewwel wieħed tiegħu bil-flokk ta’ Napoli, rebħu lil Spezia 1-0. L-istatistika finali kienet kollha favur Napoli li minbarra li kellhom pusses ta’ 64%, kellhom ħafna aktar attakki lejn il-lasta tal-avversarji iżda sabu lill-goalkeeper ta’ Spezia Dragowski fl-aqwa forma u wettaq saves kruċjali.
Wara kwarta logħob Napoli jkunu perikolużi meta x-xutt ta’ Kvaratskhelia kien milqugħ b’save mill-aqwa minn Dragowski. Fit-23 minuta l-istess plejer reġa mpenja lil Dragowski wara azzjoni personali bil-goalkeeper Pollakk jerġa jkun stupend u jċaħħad lil Napoli milli jiftħu l-iskor. Fil-41 minuta Spezia marru viċin meta Emmanuel Gyasi prova xutt b’saħħtu minn tarf il-kaxxa iżda sab lil Meret attent li dawwar f’korner. L-ewwel taqsima spiċċat kif bdiet, fi draw ta’ mingħajr goals.
Napoli reġgħu ħarġu aggressivi fit-tieni taqsima u wara biss minuta logħob Anguissa prova xutt fil-baxx li kien milqugħ tajjeb minn Dragowski. Mas-siegħa logħob Piotr Zielinski għal Napoli reġa sab lil Dragowski attent li dawwarlu x-xutt tiegħu f’korner. Napoli rnexxielhom jiskorjaw il-goal tar-rebħa fid-89 minuta meta kien pass ta’ Gianluca Gaetano lejn Giacomo Raspadori, b’dan tal-aħħar jirnexxielu jieħu l-ballun qabel id-difensuri ta’ Spezia u b’xutt fir-rokna tax-xibka tefa’ lin-Naplitani f’dillierju ta’ ferħ biex ta t-tliet punti importanti lill-iskwadra ta’ Spalletti.
//= $special ?>