Lokali

Tnejn fil-periklu tal-mewt wara li baqgħu deħlin f’roundabout bil-mutur f’San Ġwann

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-4:30am żewġt irġiel sofrew minn ġrieħi serji u jinsabu fil-periklu tal-mewt wara li tilfu l-kontroll tal-mutur u baqgħu deħlin f’roundabout fi Triq Tal-Balal, San Ġwann.

Il-Pulizija tad-Distrett minnufih fil-post u minn stħarriġ li sar irriżulta li raġel ta’ 30 sena min-Nepal u raġel ieħor li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa sofrew xi ġrieħi wara li mutur li kienu fuqu kellu impatt ma’ roundabout.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittmi l-Isptar Mater Dei. Aktar tard, huma ġew ċċertifikati bi ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli li ħatret inkjetsa, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Għadu ma ġiex stabbilità liema mill-irġiel kien qed isuq il-mutur u r-raġuni wara l-inċident.