Futbol Sport

Balzan idawru telfa f’rebħa kontra Marsaxlokk

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Rowen Camilleri

MARSAXLOKK……….1

BALZAN…………….….2

MarsaxlokkJ. Gobbi, C. Uzeh, C. Borg (A. Attard 65’), W. Serrano, E. Vella (A. Effiong 72’), S. Ferraris, L. Aguirre, S. Moracci, W. De Sousa (D. Agius 65’), D. Vukovic, T. Fonseca

BalzanJ. Debono, I. Bozovic (D. Torres 89’), M. Grima, P. Fenech, A. Torres, B. Hili (S. Arab 89’), U. Ljubomirac, M. Zlatkovic, A. Satariano (B. Kaljevic 78’), M. Raso, A. Andrejic (M. Nogureira 64’)

Imwissija: U. Ljubomirac 25’,A. Torres 31’, B. Hili 56’, M. Raso 60’(B), S. Ferraris 45+1’, C. Uzeh 58’ (M)

Skorjaw: S. Ferraris 23’ (M), A’ Satariano 52’, A. Torres 63’ (B)

Referee: Stefan Pace

Assistenti Referees: Mitchell Scerri u Thomas Debono

BOV Plejer tal-Logħba: Alexander Satariano (Balzan)

In-Nazzjon Plejer tal-Logħba: Uros Ljubomirac (Balzan)

Fl-ewwel logħba tal-Ħadd, Balzan dawru telfa f’rebħa meta fl-Istadium Nazzjonali għelbu lil Marsaxlokk bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Marsaxlokk li marru fil-vantaġġ fl-ewwel taqsima permezz ta’ goal mill-isba ta’ Ferraris iżda goals minn Satariano u Torres fit-tieni taqsima taw tliet punti lil Balzan.

Fis-seba’ minuta Angel Torres prova jdawwar korner lejn il-lasti u mar viċin hekk kif il-ballun ħabat mal-mimduda u għal ftit ma qarraqx b’Gobbi. Żewġ minuti wara azzjoni ta’ Andrejic li avvanza mal-linja u tefa’ kross fil-baxx lejn Paul Fenech, iżda l-captain ta’ Balzan tefa’ għoli. Marsaxlokk bl-ewwel xutt lejn il-lasta ta’ Debono fid-19-il minuta meta kienet azzjoni maħduma bejn De Sousa u Fonseca, bil-ballun jasal għand Ferraris li b’xutt b’saħħtu mpenja lil Debono li kellu jtajjar b’diffikultà. Fit-23 minuta Marsaxlokk fetħu l-iskor meta minn free kick dirett SANTIAGO FERRARIS għamel goal mill-isbaħ bit-tentattiv ta’ Jonathan Debono jkun kollu għal xejn għax il-ballun spiċċa fir-rokna tax-xibka. L-iskor baqa’ ma nbidilx sa tmiem l-ewwel taqsima u Marsaxlokk daħlu jistrieħu f’vantaġġ ta’ 1-0.

Wara ħames minuti mill-bidu tat-tieni taqsima Balzan marru viċin meta d-difensur Xlukkajr ta ballun qasir lura bir-ras lejn Gobbi bil-plejer Satariano jipprova jilħaq u b’xi mod il-goalkeeper Taljan itajjar, iżda l-ballun ġie f’saqajn Adrejic li fortunatament għal Marsaxlokk dan xutjja barra.

Minuta wara ALEXANDER SATARIANO approfitta minn żball tal-goalkeeper Gobbi u wara li ħadlu l-ballun mal-linja avvanza lejn il-lasta u faċilment tefa’ fix-xibka u ġab il-goal tad-draw għal Balzan.

Balzan marru fil-vantaġġ fit-63 minuta meta ANGEL TORRES irċieva mingħand Andrejic u b’xutt mill-ewwel il-Kolombjan tefa’ ġewwa. Fit-80 minuta Balzan għoddhom għamluhom tlieta meta kien is-sostitut Bojan Kaljevic li prova x-xutt ċentrali li Gobbi kellu jilqa’ f’żewġ tentattivi.

Il-goalkeeper Jonathan Debono kien protagonist fil-ħin miżjud meta wettaq save mill-isbaħ fuq daqqa ta’ ras tal-plejer ta’ Marsaxlokk Moracci. Tasal it-tisfira finali ta’ Stefan Pace wara sitt minuti ta’ ħin miżjud u Balzan kisbu t-tielet rebħa tagħhom dan l-istaġun.