Birkirkara żammew l-ewwel post ma’ Ħamrun Spartans meta fl-aħħar logħba tar-raba’ ġurnata għelbu lil Sta. Lucia 4-0 b’gowls li waslu kollha fit-tieni taqsima.
Il-Karkariżi fetħu l-iskor fil-55 minuta permezz ta’ gowl ta’ Yannick Yankam bl-iskor isir 2-0 fit-68 minuta minn awto gowl ta’ Micheal Johnson. It-tim immexxi minn Petkovic għamel l-iskor 3-0 fil-71 minuta b’gowl minn Enzo Cabrera biex Mathias Conti ssiġilla rebħa fil-ħin miżjud.
//= $special ?>