Sliema Wanderers 3-0 Żejtun Corinthians
Sliema kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva meta f’konfront dirett mill-quċċata tal-klassifika għelbu lil Żejtun fejn għaż-Żwieten din kienet l-ewwel telfa tagħhom wara tliet rebħiet konsekuttivi.
Il-logħba kienet ferm bilanċjata u Żejtun kellhom iktar pussess ta’ ballun iżda sabu lil Al Tumi f’vena mill-aqwa fejn dan wettaq diversi saves. Għal kuntrarju Sliema kienu ferm iktar effettivi fl-attakk u ħatfu tlieta mill-ftit ċansijiet li ħolqu.
Bidu bilanċjat sakemm fil-21 minuta kien hemm l-ewwel periklu minn naħa ta’ Żejtun fejn ix-xutt sabiħ ta’ Santos De Oliveira ġie mdawwar għal korner minn Al Tumi u mill-istess korner il-balun kien salvat minn fuq il-linja minn difensur Slimiż.
Fis-37 minuta Sliema fetħu l-iskor meta Cloth Goncalves seraq ballun tajjeb fi tliet kwarti ta’ grawnd u wara li avvanza żmarka lil Groothusen li waħdu quddiem Mintoff ma żbaljax b’xutt fil-baxx. Ir-reazzjoni ta’ Żejtun ma kinitx effettiva u fil-ħames minuta ta’ ħin miżjud Sliema rduppjaw meta Cloth Goncalves xeħet ballun għan nofs u fl-attentat li jtajjar il-balun Dylan Agius xeħet fix-xibka tiegħu stess.
Fil-55 minuta Al Tumi salva lill-Wanderers meta għal darba darbtejn imblokka daqqiet ta’ ras mill-viċin. Fis-66 minuta Sliema viċin it-tielet gowl b’daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Awad taħbat ma’ sieq il-lasta.
Fis-96 minuta Sliema skorjaw ukoll it-tielet gowl meta s-sostitut Lydon Micallef spara fix-xibka minn qagħda angolata għal riżultat kiefer wisq ma’ Żejtun.
Referee: Glen Tonna
Tarxien isalvaw punt f’logħba ddominata minn Naxxar
Tarxien 1-1 Naxxar Lions
Naxxar u Tarxien kisbu punt kul wieħed fi draw interesanti li kien deċiż b’żewġ gowls fit-tieni taqsima. Naxxar kien ħaqqhom xi ħaġa iktar minn dan il-konfront għaliex iddominaw għal ħinijiet twal u kienu wkoll sfortunati li laqtu darbtejn il-lasta fl-istess azzjoni.
Anki l-gowl tad-draw ta’ Tarxien wasal minn penalty xi ftit kontroversjali, anki jekk fl-aħħar sekondi Tarxien resqu qrib il-gowl tar-rebħa.
L-ewwel taqsima kienet verament kwieta bl-uniċi azzjonijiet fl-aħħar minuti meta xutt bid-dawra ta’ Cerqueira Farias kien salvat bi bravura minn Debono u fuq in-naħa l-oħra xutt ta’ Conceicao għadda jħakkek mal-wieqfa.
Il-gowl meritat wasal fis-56 minuta meta Cerqueira Farias skorja ġmiel ta’ gowl b’xutt mill-isbaħ mid-distanza. Naxxar ikkontrollaw tajjeb il-logħba iżda kwarta mit-tmiem Tarxien ngħataw penalty xi ftit dikutibbli meta l-ballun deher jaħbat ma’ id Cassar, u mill-ħdax-il metru kien Nonato li għeleb lil Cini.
Referee: Sergii Boiko
Fl-aħħar minuti l-logħba infetħet għal kull riżultat fejn fil-ħin miżjud kienu Tarxien li resqu qrib rebħa drammatika meta xutt ta’ Higgans għadda jħakkek ma’ sieq il-lasta.
Fil-bidu tat-tieni taqsima Naxxar ħarġu jassedjaw lill-avversarji u kienu sfortunati meta laqtu l-lasta darbtejn fl-istess azzjoni l-ewwel meta xutt bomba ta’ Kane Farrugia stampa mal-mimduda u mir-rebound ix-xutt ta’ Bajada ħabat mal-wieqfa.
Riżultati oħra:
Mtarfa 2-1 Sweiqi United
Maraskala 1-2 Żurrieq