Lokali

Ċiklist isofri ġrieħi gravi f’Ħ’Attard

Ċiklist ta’ 47 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċidenti fi Vjal l-Istadium Nazzjonali, Ħ’Attard ilbieraħ għall-ħabta tas-6:30pm.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħ inċident bejn rota li kienet misjuqa minn raġel 47 sena residenti Ħ’Attard, u vettura misjuqa minn raġel ta’ 60 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Ix-xufier tar-rota ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.